Ekoskola Young People’s Summit
Nhar it-Tlieta 30 ta’ Jannar, flimkien,ma’ Skye Joe, Braydon u Sebastian, kelli l-opportunità mill-isbaħ biex insemma’ leħni waqt L-Ekoskola Young People’s Summit, li ġie organizzat fl-iskola Helen Keller Resource Centre, Qrendi, b’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal.
Waqt il-workshops, fejn magħna kien hemm studenti li ġew mis-Seminarju tal-Arċisqof u mill-kulleġġ Saint Elias, iddiskutejna prijorità partikulari, dik li jkollna ambjent madwarna fejn kulħadd ikollu l-istess opportunitajiet biex jimxi ‘l quddiem fil-ħajja. Rajna wkoll fejn aħna nħossuna l-aktar u l-anqas siguri fil-ħajja. Dan kollu ġie diskuss fid-dawl taż-żewġ dokumenti: Il-Qafas għall-Politika għat-Tfal 2024-20230, u L-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni 2024-2030.
Jeremy Bonello Year 11
St. Patrick’s Salesian School – Sliema